|
Il-Hames Kunsill ta’ Santa Luċija ġie elett fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li saret f’Marzu 2007. Din l-elezzjoni ġiet ikkontestata minn hames kandidati tal-Partit Laburista u erba' kandidati tal-Partit Nazzjonalista. Minn dawn ġew eletti erba' kandidati tal-Partit Laburista u kandidat tal-Partit Nazzjonalista. Dawn il-kandidati eletti jiffurmaw il-Kunsill preżenti.
Is-Sur Frederick Cutajar ġie maħtur Sindku ghall-hames darba konsekuttiva, b’vot unanimu fil-Laqgħa tal-Kunsill li saret nhar l-Erbgha, 4 ta’ April 2007. Is-Sur Joe Balzan ġie maħtur Viċi Sindku ghat-tielet darba konsekuttiva b'vot unanimu waqt l-istess laqgħa.
|