santalucija_local_council

  English
  
Mistoqsijiet
1. Fejn jinsab Santa Lucija

Santa Lucija, li huwa wiehed mil-aktar bliet godda f’Malta, qieghed fix-Xlokk ta' Malta vicin il-lokalitajiet ta’ Hal Tarxien, Gudja u Rahal Gdid. Ufficcjalment fis-26 ta’ April 2002 il-popolazzjoni kienet ta’ 3499.

-----------------------------------------------------------------------
2. Ghala Santa Lucija?

Santa Lucija hadet isimha mill-Kappella ta' Santa Lucija li tinsab fil-konfini ta' din il-lokalita`

-----------------------------------------------------------------------
3. X’kien l-origini ta’ Santa Lucija?

In-notifikazzjoni numru 318 li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar is-7 ta’ Lulju 1961 gie deciz dan: "Ngharrfu b’din ghall-informazzjoni ta’ kulhadd li l-komunita l-gdida ta’ Hal Tarxien By-Pass u mit-tramuntana ma’ Luqa By-Pass, ghandha l-isem ta’ Santa Lucija ghall-kappella li tinsab fil-qrib. Hekk inholoq l-isem ta’ din il-komunita` gdida li l-parti l-kbira taghha harget minn Hal Tarxien u wara hafna tilwim, jekk il-post jitqisx bhala parti gdida ta’ post qadim jew kellhiex titqies bhala belt jew rahal modern. L-art fejn inholqot din il-komunita` li llum hija Santa Lucija sa ftit snin wara t-tieni gwerra ma kinitx hlief ftit ghelieqi jmissu ma’ xulxin. F’dawn kien hemm il-kmamar tan-nar ta’ Hal Tarxien u dik tal-Gudja. FL-1995 din iz-zona bdiet tigi ppjanata u bdew biex jinbnew l-ewwel appartamenti. L-ewwel appartamenti gew mikrija nhar it-8 ta’ Jannar 1996 u l-ewwel familja li marret toqghod go appartament f’Santa Lucija kien fit-2 ta’ Marzu ta’ l-istess sena. Fi ftit zmien b’familja wara ohra din il-komunita` bdiet tiehu s-sura taghha.

-----------------------------------------------------------------------
4. X’inhuwa l-Kunsill Lokali Santa Lucija?

Permezz ta’ l-Att dwar il-Kunsill Lokali (1993) Santa Lucija kien wiehed minn fost 67 lokalita’ ohra madwar Malta li nghata l-facilita’ li jkollu l-Kunsill tieghu. L-ewwel elezzjonijiet saru nhar is-Sibt 19 ta’ Frar 1994. Il-Kunsill Lokali Santa Lucija huwa l-Gvern Lokali responsabbli minn diversi affarijiet fosthom iz-zamma u l-manutenzjoni tal-lokalita’. F’kull elezzjoni li ssir kull tlett snin ir-residenti jeleggu hames Kunsilliera li wara l-istess Kunsilliera jeleggu minn fsothom lis-Sindku u lill-Vici Sindku li huma flimkien ma shabhom il-Kunsilliera huma responsabbli mit-twettieq ta’ policy ghall-lokalita’.

L-ezekuzzjoni tal-policies tal-Kunsill jitwettqu mis-Segretarju Ezekuttiv tal-Kunsill bl-ghajnuna ta’ zewg iskrivani mpjegati mill-Kunsill.

-----------------------------------------------------------------------

Itla 'l fuq

 Kunsilliera | Karigi  | Ex-Kunsilli | Elezzjonijiet 
© Drittijiet - Santa Lucija 2002
Disclaimer (Malti)
Segretezza Personali
Għajnuna
Mistoqsijiet
DOI
GOV.MT
Created by Liquid Studios Ltd.